BG-български език / CS-čeština / DA-dansk / DE-Deutsch / EL-ελληνικά / EN-English / ES-Español / ET-eesti / FI-suomi / FR-français / GA-Gaeilge / HR-hrvatski jezik / HU-magyar / IT-Italiano / LT-lietuvių kalba / LV-latviešu valoda / NL-Nederlands / PL-Polszczyzna / PT-Português / RO-Română / SL-Slovenščina / SK-Slovenčina / SV-Svenska

Dwar l-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi (SĠP) tal-UE

Sa mill-1971, is-SĠP tal-UE ilha toffri aċċess iktar faċli għas-suq tal-UE, għal oġġetti esportati minn pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jiġu eliminati jew jitnaqqsu tariffi ta’ importazzjoni b’mod unilaterali (jiġifieri mhux fuq bażi reċiproka). Ir-raġunament wara s-SĠP hi li toffri aċċess aktar faċli għas-suq tal-UE sabiex jitqanqal żvilupp ekonomiku sostenibbli, soċjali u żvilupp ambjentali f’pajjiżi li qed jiżviluppaw - b’mod partikolari, dawk l-iktar fqar u l-iktar vulnerabbli - bl-għan ewlieni li jitnaqqas il-faqar. 

Is-SĠP tikkonsisti minn tliet arranġamenti distinti ma’ pajjiżi benefiċjarji differenti u livelli ta’ preferenzi:

  1. Is-SĠP Standard għal pajjiżi bi dħul baxx jew medju baxx tipprovdi t-tneħħija parzjali jew sħiħa ta’ dazji doganali fuq madwar żewġ terzi ta’ linji tariffarji tal-UE. Dan l-arranġament attwalment (fl-2019) għandu 15-il pajjiż benefiċjarju.
  2. L-arranġament b’inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (SĠP+) inaqqas l-istess tariffi għal 0% għall-pajjiżi “vulnerabbli” bi dħul baxx jew medju baxx li rratifikaw u implimentaw 27 konvenzjoni internazzjonali marbuta mad-drittijiet tal-bniedem, drittijiet tax-xogħol, protezzjoni tal-ambjent u governanza tajba. Is-SĠP+ attwalment għandha 8 pajjiżi benefiċjarji.
  3. L-arranġament Kollox ħlief Armi  (EBA, Everything But Arms). Dan attwalment jikkonsisti minn 48 pajjiż benefiċjarju, jipprovdi lill-pajjiżi l-inqas żviluppati (LDC, least developed countries) b’aċċess għas-suq mingħajr dazju, mingħajr kwoti għall-prodotti kollha tagħhom għajr armi u munizzjon. 

Dwar ir-reviżjoni tas-SĠP tal-UE u dan l-istudju

Il-bażi legali attwali għas-SĠP, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 978/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012, ser jiskadi fl-aħħar tal-2023. Jekk ma jiġi promulgat l-ebda Regolament SĠP, is-SĠP Standard u SĠP+ ser jitwaqqfu, u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi benefiċjariji attwali ser jiġbdu t-tariffi “normali” tal-UE; bl-EBA biss tibqa’ tiġi applikata. Skont kemm pajjiż benefiċjarju jesporta lil UE, dan jista’ jaffettwa b’mod negattiv it-tkabbir, l-impjiegi u l-investiment f’pajjiżi benefiċjarji.

Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu (ippubblikata f’Ottubru 2018) tas-SĠP ikkonkludiet li l-qafas ta’ ħidma attwali huwa ġeneralment effettiv u qed jissodisfa l-għanijiet li għalihom sar. Il-Parlament Ewropew f’riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva ta’ Marzu 2019 irikonoxxa l-impatt pożittiv tar-Regolament SĠP u għamel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni tagħha. Dawn jiffokaw fuq l-inkoraġġiment għal diversifikazzjoni tal-esportazzjoni, enfasi ikbar biex jitjiebu l-istandards ambjentali, impenn mal-azzjonisti u monitoraġġ aħjar tal-implimentazzjoni tas-SĠP.

Il-Kummissjoni Ewropea ser tipprepara valutazzjoni tal-impatt biex teżamina l-impatti ekonomiċi, soċjali, ambjentali u fuq id-drittijiet tal-bniedem ta’ għażliet possibbli ta’ politika fir-rigward ta’ elementi differenti ta’ regolament ġdid tal-UE dwar is-SĠP. Studju implimentat minn konsorzju mmexxi minn BKP Economic Advisers, ditta ta’ riċerka ekonomika u konsultattiva bbażata fil-Ġermanja, jappoġġja l-valutazzjoni tal-impatt billi janalizza l-ħtieġa għal, u l-vantaġġi u l-iżvantaġġi relattivi, diversi għażliet għal titjib li joħorġu mix-xogħol ta’ evalwazzjoni.

Ix-xogħol fuq l-istudju beda f’Diċembru 2019 u ser ikompli għal iktar minn 10 xhur. It-tim ser iħejji tliet rapporti ewlenien, li ser jiġu ppubblikati fuq dan is-sit elettroniku u jiġu diskussi mal-azzjonisti qabel ma jiġu finalizzati.